19/08/2025
Illum kont se nitfa’ reel, imma minflok se nitfa’ dan il-post. Il-Malti jidħol b’mod indirett imma iva, se noħroġ naqra barra mis-suġġett.
X'inhi eżatt din l-idea f'ras xi wħud ta' "demm Malti"? Jekk persuna tiġi Malta, tintegra fil-pajjiż, titgħallem titkellem bil-Malti, taħdem b'mod onest u tħaddan u tgħożż il-valuri u l-kultura tagħna, għaliex eżatt din il-persuna m'għandhiex titqies Maltija bħal ħaddieħor?
Jiena Degiorgio kunjomi, allura m'iniex Malti għax kunjomi Taljan? U kieku ġejt adottat minn ċkuniti u għext ħajti kollha hawn, m'iniex Malti? U għax il-kulur tal-ġilda tiegħi ikun skur, jiena f'għajnejn is-soċjetà Maltija qatt ma nista' nitqies parti minnha? Mela Maltin mhux minn skuri sa bjondi hawn?
Infakkarkom li Malta kien hawn l-Għarab, in-Normanni, il-Kavallieri, il-Franċiżi, l-Ingliżi, eċċ. jiġifieri d-demm mhux ilu li tħallat. Huma l-valuri, il-lingwa u s-sens ta' komunità li jagħmluk Malti, żgur li mhux il-ġenetika!
Il-kultura Maltija tiffjorixxi meta ħaddieħor iħaddanha.
Saħħiet!