Seħer il-Malti

Seħer il-Malti Kull nhar ta' Sibt fl-10:30am ningħaqdu fuq Radju Malta (93.7FM) biex nagħrfu r-rikkezza ta' lsienna. DIRETT - LIVE: https://www.tvmi.mt/mt/tvmi/live/rm/

Ismagħna dirett: https://tvmi.mt/live/6
Ċemplilna: 2291 3395
Iktbilna fil-FB jew WhatsApp: 9900 9937
[email protected]
tvmi.mt/series/302

X'espressjonijiet nużaw għal min hu għaqli u għal min għandu moħħ imma ma jużahx? Isa, aħsbu, ħaddmu moħħkom, u nitkellm...
12/12/2025

X'espressjonijiet nużaw għal min hu għaqli u għal min għandu moħħ imma ma jużahx? Isa, aħsbu, ħaddmu moħħkom, u nitkellmu fil-programm li jmiss.

Fil-programm li jmiss se jingħaqad magħna l-kittieb u l-illustratur Trevor Zahra li lewwen mhux ftit il-letteratura Malt...
05/12/2025

Fil-programm li jmiss se jingħaqad magħna l-kittieb u l-illustratur Trevor Zahra li lewwen mhux ftit il-letteratura Maltija bil-kitbiet sbieħ tiegħu u xegħel l-immaġinazzjoni ta' ħafna tfal Maltin.

Se nitkellmu fuq il-ħafna laqmijiet li nużaw f'oqsma differenti. Nistennewkom!
28/11/2025

Se nitkellmu fuq il-ħafna laqmijiet li nużaw f'oqsma differenti. Nistennewkom!

Se nitkellmu mal-kantawtriċi Rita Pace, li rebħet l-aħħar edizzjoni taL-Għanja Tal-Poplu, u nisimgħu wħud mill-kanzunett...
21/11/2025

Se nitkellmu mal-kantawtriċi Rita Pace, li rebħet l-aħħar edizzjoni taL-Għanja Tal-Poplu, u nisimgħu wħud mill-kanzunetti bil-Malti li tikteb u tkanta.

Se nduru ma' żewġ sensi importanti: ix-xamm u t-togħma. X'espressjonijiet bil-Malti għandna fuqhom? Nistennewkom... u ħs...
14/11/2025

Se nduru ma' żewġ sensi importanti: ix-xamm u t-togħma. X'espressjonijiet bil-Malti għandna fuqhom? Nistennewkom... u ħsiebkom hemm li ma jiġrilkomx bħal dat-tnejn!

Ingħaqdu magħna fil-programm li jmiss biex nitkellmu fuq l-intonazzjoni partikolari tal-Malti bħala lingwa mitkellma, ji...
07/11/2025

Ingħaqdu magħna fil-programm li jmiss biex nitkellmu fuq l-intonazzjoni partikolari tal-Malti bħala lingwa mitkellma, jiġifieri l-melodija, u fuq il-prosodija, jiġifieri meta naqraw il-poeżija.

Għall-erwieħ, għaddiet ġimgħa oħra. U se nerġgħu niltaqgħu biex f'Jum il-Qaddisin Kollha nitkellmu fuqhom u nkellmuhom. ...
31/10/2025

Għall-erwieħ, għaddiet ġimgħa oħra. U se nerġgħu niltaqgħu biex f'Jum il-Qaddisin Kollha nitkellmu fuqhom u nkellmuhom. X'espressjonijiet u qwiel għandna fil-Malti marbutin mal-qaddisin u l-ġenna? Nistennewkom, u nittamaw li San Pietru jiftħilna!

Se nirrakkontaw il-ġrajja interessanti ta' xi kliem fi lsienna. Jekk intom ukoll għandkom xi kelma kurjuża li tixtiequ t...
24/10/2025

Se nirrakkontaw il-ġrajja interessanti ta' xi kliem fi lsienna. Jekk intom ukoll għandkom xi kelma kurjuża li tixtiequ taqsmu magħna, merħba bikom.

Fil-programm li jmiss se jkollna magħna lill-preżentatur u kollega tagħna Tony Micallef. Miegħu se nitkellmu fuq is-sehe...
17/10/2025

Fil-programm li jmiss se jkollna magħna lill-preżentatur u kollega tagħna Tony Micallef. Miegħu se nitkellmu fuq is-sehem tax-xandara u l-umoristi bravi tar-Rediffusion, li beda jxandar f'Malta 90 sena ilu, fil-11 ta' Novembru 1935. Nistennewkom ħalli nġeddu l-memorji flimkien.

Ħa nkomplu nisimgħukom issemmulna l-espressjonijiet fuq is-sens tas-smigħ b'widnejna miftuħin!
10/10/2025

Ħa nkomplu nisimgħukom issemmulna l-espressjonijiet fuq is-sens tas-smigħ b'widnejna miftuħin!

Lura magħkom fuq Radju Malta minn għada fl-10:30am.Se nitkellmu fuq il-kliem u l-espressjonijiet bil-Malti marbutin mas-...
03/10/2025

Lura magħkom fuq Radju Malta minn għada fl-10:30am.

Se nitkellmu fuq il-kliem u l-espressjonijiet bil-Malti marbutin mas-smigħ, fuq min jisma' u fuq min ma jismax!

Aħna ħerqanin ħafna biex nerġgħu nibdew nisimgħukom. U intom?

Address

Gwardamanga

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Seħer il-Malti posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share

Category