SKS Publishers

SKS Publishers SKS Publishers SKS is a publishing house based in Malta specialising mainly in the genres of history, literature, political theory, culture, and biography.

SKS strives to inform and educate the general public by publishing high-quality books based on a liberal understanding of life, history and literature, to provide writers and researchers of a similar persuasion the opportunity to publish their works, and to contribute towards the social, cultural, intellectual and national enrich.

CLYDE CARUANAIl-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jifli l-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR f’Ħaż-Żabbar. Fost il-75 protagonis...
25/05/2026

CLYDE CARUANA

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jifli l-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR f’Ħaż-Żabbar. Fost il-75 protagonist f’dan il-ktieb hemm tlieta minn Ħaż-Żabbar: Salvu Astarita, dixxiplu ta’ Manwel Dimech u attivist Laburista; Joan Barbara u Feliċ Agius.

Fleur Abela, Kandidata tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali, tara l-kapitlu dwar Ġużi Muscat, In-Nugget tar-Rabat ...
25/05/2026

Fleur Abela, Kandidata tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali, tara l-kapitlu dwar Ġużi Muscat, In-Nugget tar-Rabat miktub minn missierha l-Imħallef Toni Abela fil-Mass Meeting tal-Ħamrun. Toni Abela kiteb ukoll dwar Ġużu Chircop, Il-Gedù, Fonzu tal-Birra u Joe Grech tal-Ħamrun fil-ktieb ​LABURISTI TAL-AZZAR.

It-Torca 24 ta' Gunju 2026Ktieb li ghandu jkun fil-Librerija ta' kull min ghandu ghal qalbu l-istorja socjali u politika...
24/05/2026

It-Torca 24 ta' Gunju 2026

Ktieb li ghandu jkun fil-Librerija ta' kull min ghandu ghal qalbu l-istorja socjali u politika ta' Malta.

RAMONA ATTARD Ramona Attard, li tidher tqalleb il-paġni tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR f’Ħal Qormi, qalet lil SKS li dan ...
23/05/2026

RAMONA ATTARD

Ramona Attard, li tidher tqalleb il-paġni tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR f’Ħal Qormi, qalet lil SKS li dan il-ktieb jixraqlu jkun f’kull dar tal-Laburisti f’Malta u f’Għawdex għax jiffoka fuq irġiel u nisa li taw ħinhom u saħħithom għall-Partit Laburista fi żmenijiet mill-aktar diffiċli.

KBURIN B’DAWK LI ĠEW QABILNAL-Avukat Anthony Degiovanni, Chairperson tal-SKS, qal illum li hawn domanda enormi għall-pub...
21/05/2026

KBURIN B’DAWK LI ĠEW QABILNA
L-Avukat Anthony Degiovanni, Chairperson tal-SKS, qal illum li hawn domanda enormi għall-pubblikazzjoni LABURISTI TAL-AZZAR. SKS qed iddur il-bliet u l-irħula waqt l-attivitajiet tal-Partit Laburista b’dan il-ktieb.
L-Avukat Degiovanni qal li laqtu kumment li għamlet Claire Xuereb Grech, Editriċi fid-daħla tal-ktieb li ‘mingħajr il-Laburisti tal-azzar ma kien ikun hemm ebda Partit Laburista, ebda Moviment Laburista, ebda Gvern Laburista, ebda Malta ħielsa u ebda pajjiż newtrali. Mingħajr dawn in-nies, aktarx sallum kien għad għandna bażi militari Ingliża f’Malta, għadha hawn in-NATO, għadna ekonomikament niddependu mill-ħniena ta’ ħaddieħor u għadna nintużaw għall-gwerer kontra l-ġirien tagħna u kontra pajjiżi oħra f’inħawi oħra tad-dinja.’
Aqraw dal-ktieb għax għandna nkunu kburin b’dawk li ġew qabilna.

Il-Ministru Silvio Schembri bil-Ktieb LABURISTI TAL-AZZAR waqt il-Mass Meeting tal-Partit Laburista fl-Imqabba. Schembri...
18/05/2026

Il-Ministru Silvio Schembri bil-Ktieb LABURISTI TAL-AZZAR waqt il-Mass Meeting tal-Partit Laburista fl-Imqabba. Schembri sellem lill-protagonisti f’dan il-ktieb b’mod partikolari lil Ċikku Ellul minn Ħal Luqa, magħruf bħala Ċikku Beżżagħni, raġel kuraġġuż. li kien ‘bodyguard’ tal-Perit Mintoff fis-snin sittin tas-seklu l-ieħor.

Il-Ministru Jonathan Attard b'kopja tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR fil-Mass Meeting tal-Imqabba.
17/05/2026

Il-Ministru Jonathan Attard b'kopja tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR fil-Mass Meeting tal-Imqabba.

08/05/2026
Il-Ministru Michael Falzon fl-Istand tal-SKS waqt il-Mass Rally tan-Naxxar iqalleb il-paġni ta' LABURISTI TAL-AZZAR. Il-...
03/05/2026

Il-Ministru Michael Falzon fl-Istand tal-SKS waqt il-Mass Rally tan-Naxxar iqalleb il-paġni ta' LABURISTI TAL-AZZAR. Il-Ministru Falzon feraħ lil SKS ta' din il-pubblikazzjoni li fil-qoxra tagħha jidher Nenu Buhagiar tal-Gżira li kien ħabib antik ta' Michael Falzon u baqa' jimmilita fil-Partit sal-aħħar. Il-Ministru Falzon qal li dal-ktieb jixraqlu jkun fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin biex jifhmu sew kemm batew il-Laburisti ta’ qabilna.

Claire Xuereb Grech, Editriċi tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR, ippreżentat kopja tal-ktieb lid-Deputat Prim Ministru Ian B...
29/04/2026

Claire Xuereb Grech, Editriċi tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR, ippreżentat kopja tal-ktieb lid-Deputat Prim Ministru Ian Borg. Il-Ministru Borg feraħ lil Claire Xuereb Grech u lil SKS għal din il-pubblikazzjoni u qal li dan il-ktieb jixraqlu jitġawda mill-familji Maltin u Għawdxin. “Il-protagonisti li jissemmew f’dan il-ktieb u ħafna oħrajn bħalhom li jixirqilhom ikunu fil-volumi li jmiss ta’ din il-pubblikazzjoni huma s-sisien li inbena fuqhom il-Partit Laburista”, qal il-Ministru Borg li stieden lill-pubbliku biex jakkwista kopja fl-Ewwel ta’ Mejju fil-Belt.

Address

Centru Nazzjonali Laburista, Triq Milend
Il-Hamrun

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when SKS Publishers posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to SKS Publishers:

Share