08/12/2023
“Erbgħin Jum iterraq mar-ruħ fil-vjaġġ tagħha biex tifhem jew tħoss it-trawmiet imġarrba fit-tfulija. Hawnhekk il-kliem isir duwa għall-ġrieħi, u l-kittieb jibdel kull pass muġugħ f'vers b'saħħtu. Is-saħħa trasformattiva tal-letteratura ddawwar id-diqa personali f'sinfonija li tibqa' tifdik fit-tul. Xogħol li ħareġ mill-qalb.” -- Simona Cassano
Erbgħin Jum, għall-bejgħ għand Kixott u fis-sit tagħna: https://edebooks.eu/erbghin_jum
Grazzi, Simona.
Antoine Cassar
O lejl ta' qari 🎄
L-isbaħ rigal? Il-ktieb. Tbexxqu kemm kemm... u ssib ruħek bejn il-paġni għal sigħat sħaħ. Il-ktieb hu r-rigal lilek minn dawk kollha li għamluh – mill-awtur u l-illustratur sal-pubblikatur u l-editur. U la tagħlqu u tagħtih lil ħaddieħor – xi ħabib, kollega jew maħbub – il-ktieb jerġa’ jsir rigal.
Għal dawn il-jiem festivi, il-KNK jixtieq jaqsam xi kotba li rregalaw iljieli ta’ qari lill-membri tiegħu.
Simona Cassano tirrikkmanda…
*Antoine Cassar, Erbgħin Jum (Ede Books, 2017) – maqlub għall-Ingliż minn Antoine Cassar, editjat minn Immanuel Mifsud, iddisinjat minn Marco Scerri u illustrat minn Steven Scicluna*
“Erbgħin Jum iterraq mar-ruħ fil-vjaġġ tagħha biex tifhem jew tħoss it-trawmiet imġarrba fit-tfulija. Hawnhekk il-kliem isir duwa għall-ġrieħi, u l-kittieb jibdel kull pass muġugħ f'vers b'saħħtu. Is-saħħa trasformattiva tal-letteratura ddawwar id-diqa personali f'sinfonija li tibqa' tifdik fit-tul. Xogħol li ħareġ mill-qalb.”
***
O night of reading 🎄
The best gift? A book. Crack it open just a bit… and you’ll be transported for hours. The book is a gift to you from all those who made it — from the author and illustrator, to the publisher and editor. And once you close it and pass it on to someone else — be it friend, colleague or loved one — the book becomes a gift once again.
Now, the NBC would like to share some books that kept its members company during these festive nights.
Simona Cassano recommends…
“Erbgħin Jum unfolds as a soulful journey through the haunting landscapes of childhood trauma. Here, words become a balm for wounds, and the writer transforms each painful step into a powerful verse. The alchemy of literature turns personal anguish into an immortal symphony of redemption. Crafted from the heart.”