04/08/2023
L-Arkivji tal-PBS qed iniedi proġett ġdid li ser jikkonsisti f'sensiela ta' episodji mir-rumanz ta' Emilio Lombardi li jġib l-isem ta' GABRIELLA jew Bint ir-Re tal-Ħallelin.
Gabriella, tifla ċkejkna, titlef l-ommha, mhux għax ommha tmut, imma għaliex tiġi misruqa u tispiċċa f'idejn Ubaldo, ir-Re tal-ħallelin, li jieħu grazzja magħha u jrabbiha bħala bintu.
Xi trobbija kellha l-imsejkna Gabriella?
Bi pjaċir qed inwasslulkom dan l-episodju bil-vuċi ta' Twanny Scalpello, li żgur ser iġib nostalġija lis-semmiegħa ta’ Radju Malta.
Twanny Scalpello għamel karriera ta’ 40 sena jaqra r-rumanzi kemm ta’ kittieba Maltin u anke traduzzjonijiet ta’ rumanzi minn kittieba barranin. Miet fis-sena 2018 ta' età ta’ 94 sena.
U min qatt ma sema’ bil-kittieb Emilio Lombardi bħala rumanzier?
Ir-rumanzi tiegħu huma magħrufa sewwa speċjalment fost dawk ta’ età medja u l-anzjani, għax sa minn età żgħira, beda jistampa huwa stess, dawk il-kotba li kien jikteb u jxerred fost il-qarrejja tal-Malti, kotba sbieħ għal idejn kulħadd.
Ibqaw segwu din il-pagna għal aktar episodji dalwaqt!!