26/07/2026
IĊ-ĊERV UKOLL MIDRUB
Glen Attard u Charló Camilleri, O. Carm. (Edituri)
Horizons
Fl-okkażjoni ta’ żewġ anniversarji importanti marbuta ma’ San Ġwann tas-Salib, l-Istitut Karmelitan Malta qed jippreżenta pubblikazzjoni ġdida li tiġbor għall-ewwel darba flimkien il-poeżiji kollha tal-qaddis maqlubin għall-Malti.
Din is-sena tfakkar it-300 sena mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann tas-Salib fl-1726, kif ukoll il-100 sena minn meta ġie dikjarat Duttur tal-Knisja fl-1926. "Iċ-Ċerv ukoll Midrub" hija edizzjoni eleganti li tiġbor flimkien il-poeżiji kollha ta’ wieħed mill-akbar mistiċi u poeti tal-Kristjaneżmu.
L-edizzjoni, mitbugħa minn Horizons, u editjata minn Glen Attard u Charló Camilleri O. Carm., hi mogħnija wkoll b’ritratti tal-pitturi tal-artist Spanjol Fernando Cidoncha, li huma ispirati mill-kitbiet mistiċi u l-poeżiji ta’ San Ġwann tas-Salib, u li jkomplu jagħtu dimensjoni artistika u spiritwali lil din il-pubblikazzjoni.
"Iċ-Ċerv ukoll Midrub" huwa kontribuzzjoni importanti għal-letteratura reliġjuża bil-Malti u opportunità waħdanija biex il-qarrejja Maltin jitqarrbu mal-ġmiel poetiku u l-għerf mistiku ta’ San Ġwann tas-Salib fi lsienna, biex jintlaħaq minn kulħadd.
Ordna l-kopja tiegħek mingħand Horizons.
(https://horizons.com.mt)