
22/10/2025
Wasal it-tielet ktieb: 👑 I𝗹-𝗞𝘂𝗿𝘂𝗻𝗮 𝘁𝗮𝗹-𝗣𝗿𝗶𝗻ċ𝗲𝗽 𝗛𝗲𝗻𝗿𝘆 👑
Fil-kastell tar-Re Fredrick kollox jimxi fuq ir‑rubini. L-unika ħaġa li qed issewwed qalb ir-re hija li ibnu ma riedx jaf bit-tmexxija tar-renju. Li jsir re għandha tkun ħaġa sabiħa, iżda l-Prinċep Henry baqa’ determinat li jibqa’ jixxala kemm jiflaħ!
Eżatt kif ir-Re Fredrick ħa r-riedni tas‑sitwazzjoni f’idejh, il-kobba kompliet titħabbel mhux ħażin bl‑għejbien tal-kuruna tal-Prinċep Henry.
Imma kif tista’ kuruna tisparixxi fix-xejn mingħajr ħadd ma jinduna? U x’kien se jagħmel ir‑Re Fredrick dwar din il-problema ġdida li tfaċċat bla mistenni quddiem wiċċu?
Is-sensiela ✨ 𝗠𝗶𝗿-𝗥𝗲𝗻𝗷𝗶 𝗠𝗮𝗲𝘀𝘁𝘂𝘇̇𝗶 ✨ hija tajba għal tfal ta' bejn 𝟲-𝟴 u d-𝟵-𝟭𝟭 sena.
📘 Ir-Rigal tar-Re Ricardo
📔 Is-Seħer tal-Prinċipessa Aurora
📗 Il-Kuruna Tal-Prinċep Henry
🔹 Prezz: €7.95
Kitba ta' Janet Mallia
Illustrazzjonijiet ta' Louiselle Sciberras
🔸Pubblikazzjoni BDL Publishing
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu