L-Għanja Tal-Poplu

L-Għanja Tal-Poplu Web www.ghanjatalpoplu.org
L-Għanja tal-Poplu 1973-2026
( Il-50 Edizzjoni)
Is-Sibt 1 ta' Awwissu 2026 The first edition took place in Valletta in 1973.

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija

L-Għanja tal-Poplu is a festival of original songs in Maltese. The festival is currently in its 46th Edition. The voluntary organisation L-Għanja tal-Poplu resides at 227, Triq il-Merkanti Valletta, Malta. At present L-Għanja tal-Poplu is organised in collaboration with Pjazza Teatru Rjal and is supported by Arts Council Malta - Investment in C

ultural Organisations ico Valletta Foundation

L-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu ra l-bidu tiegħu fl-1973 bħala festival ta' kanzunetti folk organizzat mill-Youth Travel Circle fil-Belt Valletta; klabb li kien jilqa’ fih membri minn madwar Malta kollha. Il-festival kien mezz biex iħajjar awturi u kompożituri joħolqu u jinterpretaw kanzunetti bil-Malti u jinterpretawhom fil-publiku. L-għażla tal-kanzunetti finalisti kienet issir billi l-parteċipanti jinterpretaw il-kanzunetta tagħhom bil-vuċi u bil-kitarra quddiem ġurija. Anke waqt il-festival, il-kanzunetti kienu jkunu akkumpanjati live mill-parteċipanti stess. Fost il-parteċipanti tal-ewwel edizzjonijiet tal-festival insibu lil Manwel Mifsud, Joe Friggieri, George Cassola, Walter Micallef, Sammy Bartolo, Merga, Evarist Bartolo u oħrajn. L-għan tal-festival dejjem kien li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti, iktar mill-kompetizzjoni. Il-premju lill-awturi tal-kanzunetta rebbieħa kienet tazza tal-fidda. Fl-1987, il-festival beda’ jittella' fuq bażi nazzjonali u giet introdotta l-orkestra. Fil-bidu tas-snin disgħin fil-festival bdiet tintuża il-mużika rrekordjata fl-istudios. Barra premju għall-ewwel post bdew jingħataw premjijiet għall-kanzunetti klassifikati fit-tieni u t-tielet post u premjijiet speċjali għall-aħjar interpretazzjoni u l-aħjar tema soċjali. F’dawn is-snin waqt il-festival beda jingħata wkoll ir-rikonoxximent imsejjaħ L-Għanja li Tibqa’ lill- personalitajiet li jkunu taw kontribut fit-tul lill-kanzunetta Maltija. Fost il-kanzunetti li spikkaw fis-snin disgħin kien hemm Pajjiż tal-Miki Maws (John Bundy - Martin Attard), It-Teatru (Enzo Gusman), Allerġija għall-Bnedmin (Mark Tonna - Rene' Mamo), Kemm Jien Beżżul (Philip Vella - Joe M. Farrugia), It-Tfal ta’llum (Eleonor Cassar u Glen Vella - Paul Ellul, Chan Vella) u Tisimgħu Tissaħħar (Frans Baldacchino l-Budaj u Priscilla Psaila). Fl-aħħar snin spikkaw il-kanzunetti L-Uffiċju (Brikkuni), Malta Tiegħi (Kultural), Tal-Aħħar ( Corazon Mizzi, Walter Micallef) u l-kanzunetta Jien ma Naħdimx (Karen Debattista - Rita Pace, Mark Scicluna). Kien f’dawn l-istess snin li giet iffurmata l-organizzazzjoni L-Għanja tal-Poplu li permezz tal-ħidma kontinwa tagħha baqa’ jtella’ dan il-festival sena wara l-oħra filwaqt li jippromwovi l-kanzunetta Maltija. Il-festival issa wasal fl-44 edizzjoni tiegħu, u minkejja' li għadda iż-żmien xorta’ għadu jattira artisti żgħażagħ kif wkoll artisti ta' esperjenza. Intant diversi artisti ppublikaw albums ta’ kanzunetti bil-kanzunetti li ħadu sehem bihom fl-Għanja tal-Poplu. F’dawn l-aħħar snin, bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu setgħet torganizza dan il-festival b’mod iktar professjonali u hekk itejjeb il-kwalita’ tal-kanzunetta Maltija. Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu matul is-sena jaħdem fil-qrib mal-kompożituri u l-awturi, kif ukoll maż-żgħażagħ, u jinkoraġġihom jiktbu kanzunetti bil-Malti ta’ kwalita’. Hekk din il-għaqda żammet ħajja u sostniet lill-kanzunetta Maltija matul is-snin u llum L-Għanja tal-Poplu għandu legat ta ‘l fuq minn 44 sena. Għalkemm inbidlu ż-żminijiet, il-festival L-Għanja tal-Poplu għadu relevanti u jkun mistenni minn sena għall-oħra kemm mill-awturi, kompożituri u kantanti tal-kanzunetta Maltija, kif wkoll mill-publiku Malti li jattendi għall-festival jew isegwih fuq it-TV u l-media socjali.

03-Oct-2019

28/12/2025

Doqqu Qniepen Doqqu 🎤Sammy Bartolo
🖋️Manwel Mifsud 🎶Katalana
mill-album 💿 Kartolina - Għanjiet tal-Milied 🌐YTC

✨Glorja 'l Alla fl-ogħla sema
u 'l bnedmin ta' rieda tajba paċi u sliem ✨

25/12/2025

⭐ Nawgurawlek Milied Hieni u Sena Ġdida mimlija b'dak li tixtieq qalbek. ⭐

Xewqa 🎤Merga 🖋️🎶
Mill-Album 💿 Kartolina-Ghanjiet Tal-Milied - YTC 🌐

24/12/2025

Il-Ħmara 🎤 Mary Rose Scalpello
🖋️Manwel Mifsud 🎶Violeta Parra "La Petaquita"
Mill-album 💿 Kartolina ppublikat 🌐 YTC

21/12/2025

Katina 🎤Laura Bruno
🖋️Paul Ellul 🎼Mark Spiteri Lucas

Il-kanzunetta titkellem dwar nies bi bżonnijiet speċjali u tqabbel l-umanità ma’ katina fejn kull ħlejqa umana hi speċjali. Kull persuna hija ħolqa f’katina waħda fejn kulħadd huwa bżonn xulxin.

17/12/2025

Waqt L-Għanja tal-Poplu 2021 Enzo Gusman ingħata l-unur L-Għanja Li Tibqa' bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu lill-kanzunetta Maltija. Għalkemm ma jiflaħx xorta kien bgħat messaġġ permezz ta’ filmat biex jixxandar waqt l-istess festival.

Enzo Gusman ħalliena fis-17 ta' Diċembru 2021. L-Għanja tal-Poplu jibqa' jfakkar llil Enzo permezz tal-Premju Enzo Gusman għall-Aħjar Interpretazzjoni li jiġi ppreżentat f'kull edizzjoni ta' dan il-festival.

🖋️Dokumentarju miktub minn Tony Micallef

16/12/2025

Bejn il-Ħbieb 🎤Graziana
🖋️Kevin Tanti 🎶Chan Vella
Enzo ħalliena fis-17 ta’ Diċembru 2021, imma jibqa' ħaj bil-kanzunetti tiegħu. Din il-kanzunetta ddedikata mill-qalb lil Enzo.

🏆Il-Premju Enzo Gusman fl-Għanja tal-Poplu jingħata għall-aħjar kompożizzjoni.
❓Liema kanzunetta ta' Enzo tħobb l-iktar?

09/12/2025

Dawl Għajnejja 🎤 Fabrizio Faniello
🖋️Emil Calleja Bayliss 🎼 Cyprian Cassar
Mill-Għanja tal-Poplu 2019

08/12/2025

Kanzunetti li ma jmutu qatt.
Tista' tkanta magħhom u tbiddel il-burdata.

Mill-Għanja tal-Poplu 2000

11/09/2025

Il-Maltin - 🎤Joe Demicoli
🖊️Kantawtur🎶.

10/09/2025

Meta Għidtlek 🎤Joe Demicoli
🖊️Joe Demicoli 🎶Philip Vella

09/09/2025

Aħfirli –🎤 Daryl Jaymes
🎤Kantawtur🖊️🎶

Minn bejn ħitan ta’ kamra u oħra
Smajtkom tgħidu kemm jiena piż
Min ser jiġborni mill-iskola
Naħseb ta’ ħadd ma jien l-għażiż

Ta’ sikwit smajtkom titlewmu
Sport, skola, privat, x’inhu l-pjan
B’hekk ħarbatt, il-ħajja tagħkom
Niskuża ruħi jien ta’ dan

Aħifrli Ma, aħfirli jekk żgħożitek jiena sraqt
Aħfirli Pa, aħfirli jekk bejnietkom jiena dħalt

Aħfirli Ma, Aħfirli Pa
Jekk dan kollu hu t-tort tiegħi
Kemm nixtieq, din hi t-talba
Kemm nixtieq ngħannaqkom miegħi

Aħfirli Ma, Aħfirli Pa
Jekk dan kollu hu t-tort tiegħi
Kemm nixtieq, din hi t-talba
Kemm nixtieq inħaddankom miegħi għal-dejjem

Għand in-nanna kelli kamra
Fejn waħdi qattajt ħafna ħin
Biex intom stajtu tgawdu
Waqt li nħares lejn l-iskrin

Kemm nixtieq niskuża ruħi
Għax niswikom ħafna flus
Dan żgur mhuwiex l-għan tiegħi
Kull ma nixtieq lilkom inbus

Aħifrli Ma, aħfirli jien, dan nitolbok
Aħfirli Pa, aħfirli għax, jien inħobbok

Aħfirli Ma, Aħfirli Pa
Jekk dan kollu hu t-tort tiegħi
Kemm nixtieq, din hi t-talba
Kemm nixtieq ngħannaqkom miegħi
Kemm nixtieq, din hi t-talba
Kemm nixtieq, inħaddankom miegħi
Għal dejjem
Aħfirli Ma, Aħfirli Pa
Aħfirli
--------------------------------
Kanzunetti u lirika - ara www.ghanjatalpoplu.org/kanzunetti-2025

07/09/2025

Inħobbok Wisq 🎤Cherylis
🖊️Emil Calleja Bayliss 🎶 Peter Borg /
Aleandro Spiteri Monseigneur / Matt
‘Muxu’ Mercieca / Cherylis Camilleri

Kieku biss kont naf
li leħnek jidwi daqshekk smajt
kont inħarbex dak l-elf parir
li int minn qalbek lili tajt

Inħobbok wisq ma jistax jesprimi l-kliem,
Inħobbok wisq mingħajrek vojta saru ljiem,
Inħobbok wisq ma jistax jesprimi l-kliem,
Inħobbok wisq mingħajrek vojta saru l-jiem.

Kont għalija d-dinja u l-għixien
passat, preżent u l-ġejjien.
Għalik...qalbi tolfoq mingħajr mistrieħ
tgħix fil-ħolm tal-memorji sbieħ.

Kieku biss kont naf
li l-aħħar lejl kien biswitek
kont nitlob li l-jum ma jisbaħx
ħa nerġġħu ngħixu tfulitek.

Inħobbok wisq ma jistax jesprimi l-kliem,
Inħobbok wisq mingħajrek vojta saru l-jiem,
Inħobbok wisq ma jistax jesprimi l-kliem,
Inħobbok wisq mingħajrek vojta saru l-jiem.

Dejjem u kullimkien kont tkun hemm
sat-tmiem, sal-aħħar, sakemm kollox jintemm
ma xtaqtek qatt twarrab minn ħdejja
ma xtaqtek qatt titlaqli jdejja.

Inħobbok wisq ma jistax jesprimi l-kliem,
Inħobbok wisq mingħajrek vojta saru l-jiem,
Inħobbok wisq aktar ma jesprimi l-kliem,
Inħobbok wisq mingħajrek vojta saru l-jiem.
Kont għalija d-dinja u l-għixien
passat, preżent u l-ġejjien.

Għalik...qalbi tolfoq mingħajr mistrieħ
tgħix fil-ħolm tal-memorji sbieħ.

Aktar kanzunetti u lirika: www.ghanjatalpoplu.org/kanzunetti-2025

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when L-Għanja Tal-Poplu posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to L-Għanja Tal-Poplu:

Share

Category