Il-Ħajja f’Għawdex

Il-Ħajja f’Għawdex Rivista minn u dwar Għawdex. Ġrajjiet kurrenti u artikli informattivi ta’ natura Għawdxija.

02/10/2026

Il-Ħajja f'Għawdex ta' Awwissu-Settembru ssellem lil Leli tal-Melħ

📜 Paġni mill-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex | It-Tiġrija ta’ Santa Marija tal-1626🏇 Kont taf li dokumenti ta’ kważi erba...
30/09/2026

📜 Paġni mill-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex | It-Tiġrija ta’ Santa Marija tal-1626

🏇 Kont taf li dokumenti ta’ kważi erba’ sekli ilu jagħtuna tagħrif dwar tiġrija li saret f’Għawdex f’jum Santa Marija tal-1626?

📚 Dr Joseph Bezzina jerġa’ jdur lejn dokumenti storiċi biex jikxef dettalji interessanti dwar din it-tiġrija u dwar il-ħajja f’Għawdex f’dak iż-żmien. Dokumenti bħal dawn jippermettulna nagħtu ħarsa lejn drawwiet u avvenimenti li, inkella, jistgħu jintilfu mal-mogħdija taż-żmien.

🔎 Storja żgħira minn dokument antik li tiftaħ tieqa fuq Għawdex ta’ erba’ sekli ilu.

👉 Skopri din il-ġrajja fil-ħarġa Nru 1080 tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex, pp. 37-38.

29/09/2026

Commemorates the late and lamented Leli tal-Melħ

Ir-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex f’din il-ħarġa tfakkar il-mibki Leli tal-Melħ, li għal aktar minn nofs seklu ħadem fis-sal...
25/09/2026

Ir-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex f’din il-ħarġa tfakkar il-mibki Leli tal-Melħ, li għal aktar minn nofs seklu ħadem fis-salini tax-Xwejni, f’artiklu li jħares lejn il-ħajja u s-sengħa tiegħu. Naqraw ukoll dwar il-proġetti ta’ restawr fir-Rotunda tax-Xewkija, kif ukoll dwar l-istaġun kulturali sajfi li reġa’ kkonferma lil Għawdex bħala ċentru kulturali. L-istoriku Dr Joseph Bezzina jikteb dwar it-Tiġrija ta’ Santa Marija tal-1626, filwaqt li Michael Debono jkompli s-sensiela dwar San Ġorġ Preca u r-rabta tiegħu ma’ Għawdex, bit-tielet puntata intitolata “Imma tgħid veru hu?”.

🛒 Ixtri l-kopja tiegħek mill-ħanut ta’ Emmaus fi Pjazza San Franġisk jew Book and Art Shop fi Triq Vajrinġa, il-Belt Victoria, jew abbona billi tiktbilna 📩 messaġġ privat jew tibagħtilna email fuq [email protected].

Għawdex hu d-dar tagħna. Il-gżira li nħobbu għax tatna isem u identità. Illum Għawdex kollu – mal-Belt Victoria li f’isi...
23/09/2026

Għawdex hu d-dar tagħna. Il-gżira li nħobbu għax tatna isem u identità. Illum Għawdex kollu – mal-Belt Victoria li f’isimha l-Fondazzjoni Victoria 2031 ikkandidat għal dan it-titlu – ġie magħżul uffiċjalment biex ħames snin oħra jkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Rikonoxximent tal-għana ta’ storja, arti u kultura li jsawru lil din il-gżira ċkejkna, imma fl-istess ħin responsabbiltà f’idejna lkoll biex ngħożżuh u nieħdu ħsiebu, u opportunità ikbar biex naqsmuh mal-bqija tal-kontinent. Il-kisba li tħabbret illum hi biss il-bidu f’mixja ta’ diversi snin, għall-komunitajiet tagħna lkoll flimkien. Kburin, imma nħossu wkoll is-sens ta’ dover isejħilna. F’dan kollu, it-tradizzjoni spiritwali u reliġjuża li bniet lil din il-gżira għal sekli sħaħ u sawret il-ħajja f’Għawdex, tibqa’ tilgħab rwol ewlieni.

Awguri lill-Belt Victoria u lill-Gżira Għawdxija! Lil kull wieħed u waħda minna!

Segwi x'qasam Francesco Pio Attad, Editur tar-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex, dwar il-ħidma fuq ir-rivista u f'oqsma oħra, w...
20/09/2026

Segwi x'qasam Francesco Pio Attad, Editur tar-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex, dwar il-ħidma fuq ir-rivista u f'oqsma oħra, waqt intervista ma' Joe Axiaq fuq SBS Radio waqt żjara riċenti f'Melbourne.

F’Awwissu li għadda għal żjara qasira fl-Awstralja kien hawn Francesco Pio Attard mir-Rabat Għawdex, flimkien ma’ missieru, il-kittieb u poeta Joe M. Attard. Waqt żjara fl-istudju tal-SBS f’Melbourne huwa tkellem ma’ Joe Axiaq dwar ix-xogħol tiegħu bħala kittieb, poeta, traduttur u e...

19/09/2026

Messaġġ mid-direttur ta' Caritas Gozo fuq ir-revista il-Ħajja f'Għawdex.

📻 Mill-Ħajja f’Għawdex – fuq Radju LauretanaMis-sena l-oħra, Radju Lauretana, ir-radju komunitarju ta’ Għajnsielem, beda...
08/09/2026

📻 Mill-Ħajja f’Għawdex – fuq Radju Lauretana

Mis-sena l-oħra, Radju Lauretana, ir-radju komunitarju ta’ Għajnsielem, beda jxandar serje ta’ programmi li jġibu l-istess isem tar-Rivista. 📖

F’kull programm ta’ nofsiegħa qegħdin jinqraw artikli minn edizzjonijiet imgħoddija, li jagħtu tagħrif dwar personalitajiet, ġrajjiet, drawwiet u kultura Għawdxija. 🏝️

Din is-sensiela għandha produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jason Aloisio, li hu kontributur regolari tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex. 🎙️

🎧 Sabiex tisma’ l-programmi li xxandru diġà, uża dawn il-links:

📅 16.08.25
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2025081604millhajjafghawdex.mp3

📅 23.08.25
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2025082304millhajjafghawdex.mp3

📅 30.08.25
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2025083004millhajjafghawdex.mp3

📅 25.03.26
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2026032503ilhajjafghawdex.mp3

📅 01.04.26
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2026040103ilhajjafghawdex.mp3

📅 20.05.26
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2026052003ilhajjafghawdex.mp3

📅 13.08.26
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2026081304ilhajjafghawdex.mp3

📅 20.08.26
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2026082004ilhajjafghawdex.mp3

📅 27.08.26
https://server.radjulauretana.com/podcasts/2026082704ilhajjafghawdex.mp3

🎙️ Isma’, skopri u erġa’ għix stejjer u tifkiriet minn Għawdex! 💚

L-artikli f'dan il-ktieb ġdid ta' Mons. Giovanni Bosco Cremona dwar il-Knisja tax-Xlendi dehru għall-ewwel darba f'sensi...
02/09/2026

L-artikli f'dan il-ktieb ġdid ta' Mons. Giovanni Bosco Cremona dwar il-Knisja tax-Xlendi dehru għall-ewwel darba f'sensiela li dehret fil-ħarġiet tar-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex tul is-sena 2024.

Nirringrazzjaw u nifirħu lil Mons. Ġiovanni B. Cremona għall-pubblikazzjoni tal-ktieb “Frak mill-Istorja tal-Knisja tax-Xlendi”, rigal sabiħ li l-eks Kappillan Cremona qed jagħti lill-komunità tagħna fl-okkażjoni tal-festa.

Dan il-ktieb joffri tagħrif storiku interessanti dwar il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu u l-wirt spiritwali u kulturali tax-Xlendi. Il-pubblikazzjoni ġiet ippreżentata fl-okkażjoni tal-ħruġ solenni tal-istatwa min-niċċa, nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu.

Monsinjur Cremona qed iqassam dan il-ktieb mingħajr ħlas, filwaqt li jilqa’ kull donazzjoni li se tgħaddi kollha għall-knisja.

🙏 Grazzi mill-qalb u prosit, Monsinjur Cremona, għal dan il-ġest ġeneruż u għall-ħidma tiegħek biex twassal l-istorja tal-parroċċa tagħna lill-ġenerazzjonijiet ta’ llum u ta’ għada.

Min hu nteressat jakwista kopja jċempel fuq 77521116

Waqt l-ewwel żjara uffiċjali tal-Ispeaker Dr Carmelo Abela f'Għawdex, huwa u jżur il-Kurja tal-Isqof, ġie ppreżentat b'k...
29/08/2026

Waqt l-ewwel żjara uffiċjali tal-Ispeaker Dr Carmelo Abela f'Għawdex, huwa u jżur il-Kurja tal-Isqof, ġie ppreżentat b'kopja tar-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex mill-Editur Francesco Pio Attard. Dr Abela wera interess fil-pubblikazzjoni, huwa u jisma' kif din hi l-unika rivista bil-Malti dwar il-gżira Għawdxija.

Address

Lumen Christi Media Centre, Triq Fortunato Mizzi
Victoria
VCT2579

Telephone

+35679851118

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Il-Ħajja f’Għawdex posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Category